Saturday, August 7, 2010

Ix-xemgħa qed tnemnem

Qed tnemnem ix-xemgħa
qed tnemnem bil-mod,

ngħannaq idejja magħa
nilqagħlha r-riħ kiesaħ,
għalxejn,

qed tnemnem
qed tnemnem
qed tifga fl-għadira tad-dmugħ tagħha stess,

imma jdejja sħan
bis-sħana tal-fjamma
li qiegħdha itnemnem,
itnemnem,
itnemnem.

Idejja sħan.

12.4.2010

Friday, February 20, 2009

Ċirku vizzjuż

Tnissilt ġo ġnien
magħluq,
imdallam,
bla fwieħa.
Fil-friegħi ta' min nislek
għarwiena,
maħnuqa,
għajjiena.
Fejn mank lanqas żiffa iċċaqqlaq ftit l-arja
tqila,
xiħa,
qadima.


Li kieku taħtaf ċansek.
Tintelaq meta jonfoħ bla mistenni r-riħ.
Li kieku anke int tara l-ġmiel ta' ġonna għammiela.
Li kieku anke int tħaddar.
Li kieku anke int tfewwaħ.
Li kieku ....

22.7.2007
Titnissel fid-dlam,
itrabbi għeruqha,
tissaqqa,
b'imħabba
fid-dlam.

Tixref f'waqtitha,
tiħdar,
tisbieħ.
Titqawwa
kontra l-irjieħ.

... l-imħabba.

21.10.2007

Riflessi

Inħares fil-baħar,
kristall,
ħarir.

U nara xbiheti
ezatt kif inhi.

Ir-riħ jaħsel jonfoħ
iżid,
il-ħalel jgħolli rasu.

Xbiheti tiċċajpar,
itnin.

23.11.2007

Bibien magħluqa

Mix-xaqq tal-bieb
misjur biż-żmien
nosserva d-dinja għaddejja.
Imgħaġġla,
kajmana,
imnikkta,
ferħana,
ħosbiena,
għal rieħa.

Nosserva,
nitħasseb,
niġġudika.

10.7.2007

Saturday, January 31, 2009

Iż-Żmien

qatra,
qatra,
qatra,
qatra...

b'intervalli perfetti
bla waqfien,
jimlew ġarra tal-porċellana.

15.10.2007

Thursday, January 29, 2009

Ir-Realta'

Meta għajnejja jkunu magħluqa
kollox jidher sabiħ,
OK,
perfett.

Meta niftaħ għajnejja
xejn ma jibqa' perfett.
Imma xorta jkun OK,
sabiħ.

22.9.2008