Friday, February 20, 2009

Ċirku vizzjuż

Tnissilt ġo ġnien
magħluq,
imdallam,
bla fwieħa.
Fil-friegħi ta' min nislek
għarwiena,
maħnuqa,
għajjiena.
Fejn mank lanqas żiffa iċċaqqlaq ftit l-arja
tqila,
xiħa,
qadima.


Li kieku taħtaf ċansek.
Tintelaq meta jonfoħ bla mistenni r-riħ.
Li kieku anke int tara l-ġmiel ta' ġonna għammiela.
Li kieku anke int tħaddar.
Li kieku anke int tfewwaħ.
Li kieku ....

22.7.2007

No comments:

Post a Comment