Showing posts with label Randolph. Show all posts
Showing posts with label Randolph. Show all posts

Saturday, August 7, 2010

Ix-xemgħa qed tnemnem

Qed tnemnem ix-xemgħa
qed tnemnem bil-mod,

ngħannaq idejja magħa
nilqagħlha r-riħ kiesaħ,
għalxejn,

qed tnemnem
qed tnemnem
qed tifga fl-għadira tad-dmugħ tagħha stess,

imma jdejja sħan
bis-sħana tal-fjamma
li qiegħdha itnemnem,
itnemnem,
itnemnem.

Idejja sħan.

12.4.2010

Saturday, January 31, 2009

Iż-Żmien

qatra,
qatra,
qatra,
qatra...

b'intervalli perfetti
bla waqfien,
jimlew ġarra tal-porċellana.

15.10.2007

Thursday, January 29, 2009

Ir-Realta'

Meta għajnejja jkunu magħluqa
kollox jidher sabiħ,
OK,
perfett.

Meta niftaħ għajnejja
xejn ma jibqa' perfett.
Imma xorta jkun OK,
sabiħ.

22.9.2008

Couvre de Sac

Waqt ġirja sfrenata
b'għajnejk imgħottija,
dħalt f'sqaq ...
Waqaft, għax sfurzat.
Bla triq imnejn taħrab.
Ħarist x'hemm madwarek,
u mxejt it-triq lura.

17.3.2007

Fil-Ħsieb

Waħdi,
flimkien miegħi nnifsi.
Bis-skiet ikellimni.
B'xoftejja mitbuqa
ngħajjat lid-dinja.
Bil-passi żgħar tiegħi
jaqsmu l-abbissi.

B' għajnejja miftuħa.

5.1.2009